Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2018

L-Evanġelju tal-Ħamis 17 ta’ Ġunju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 17, 20-26

Hawn nidħlu aħna li emminna bis-saħħa tal-kelma tagħhom. Tiskant akif il-fidi tgħaddi minn fomm għall-ieħor bil-kelma mimlija entużjażmu ta’ min jgħixha. Hekk għamlet tul iktar minn elfejn sena ta’ storja. Dawk li kienu hemm fiċ-ċenaklu żgur qatt ma basru li llum elfejn sena wara għad hawn miljuni li waslitilhom il-kelma li semgħu huma u li huma għaddew lil dawk li għexu magħhom u lil ta’ warajhom. Illum ukoll dawk li jemmnu għadhom jagħmlu l-istess. Il-koncinzjoni fil-fidi ma tgħaddix bil-qawwa imma bil-ġentilezza qawwija tax-xhieda.

Ġesù jridna miegħu, biex fejn ikun hu inkunu aħna, biex inkunu fil-glorja miegħu mal-Missier. L-imħabba mhux biss twasslu biex isir bniedem bħalna imma biex jixxennaq għall-għaqda tagħna miegħu kull fejn ikun hu anke mal-Missier fil-ħajja ta’ dejjem.

Iżda hemm kundizzjoni li mingħajrha dan ma jistax iseħħ. Jidher ċar li Ġesù qatt ma kellu ħsieb li jsejjaħ biex jingħaqdu miegħu individwi bie xlil kull wieħed skont il-ħila tiegħu iqabbdu biċċa xogħol. L-iskop tiegħu kien, għadu u jibqa’ li lil dawk li huwa jsejjaħ ikun ħaġa waħda biex juru lid-dinja li dak li jxandru mhux biss huwa possibli, iżda hija r-rejaltà tagħhom li tgħaqqadhom ma’ Alla u hekk Alla jkun preżenti fihom fid-dinja.

Mingħajru ma nistgħu naħmlu xejn u ma nistgħu nagħmlu xejn lanqas mingħajr xulxin. Mingħajru ma jistax ikollna l-ferħ sħiħ iżda jkun inutli l-ferħ sħiħ li jkollna jekk m’għandniex ma min ngħixuh.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: