Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħadd 27 ta’ Mejju 2018

L-Evanġelju tal-Ħadd 27 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 28, 16-20

Jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien. Mhix sempliċiment konsolazzjoni biex ma nħossuniex weħidna.

Kultant għandna t-tendenza li lil Alla nsejħulu biss meta ma jirnexxilniex nagħmlu dak li jrid Hu għax il-kurrenti kontra tagħna nħossuhom mewġ għoli, tsunami li jkissrilna l-isforzi kollh ali nkunu għamilna. Dak il-ħin inħossu li kull ma għamilna sarilna żuf, allura nsejħu l-preżenza ta’ Alla, bħal min jibża’ mil-fond u jaqbdu paniku meta ma jħossx il-qiegħ taħt saqajh huwa u jgħum u jitwerwer; irid bilfors iħoss il-qiegħ. Iżda l-preżenza ta’ Alla mhix il-qiegħ taħt saqajna, iżda l-ilma li ngħumu fih.

Għallmu u għammdu f’isem il-Misser u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, għixu f’Alla u tgħixu żgur. Il-bniedem għandu l-ħila joħloq il-qiegħ li jafda fuqu għalih innifsu; anzi iktar minn qiegħ wieħed, iżd aftit li xejn jagħraf li s-sigurtà tal-qiegħ tagħtiha biss l-art jew baħar baxx, limitat u sakemm tibqa’ tmiss il-qiegħ ma titbiegħed qatt, tibqa’ ddur dejjem fl-istess post jew timxi ’l ġewwa sakemm titla l-art u ma tibqax tgħum iżjed, tibda miexi fuq ir-ramel fejn taħkem in-nixfa u r-riħ inixxef.

Min irid jgħum ’il barra irid jintelaq qabel jibda jaqdef, min irid jgħix irid jintelaq f’idejn Alla, u ħallih imexxih hu. Qabel titlaq il-qiegħ ma tkunx qed tgħix imma teżisti. Jiena magħkom, ma tfissirx ħdejkom għalli jista’ jkun, iżda mdwarkom biex tgħixu fija. Ix-xefaq jidher stedina sabiħa iżda biex torqob lejh trid titlaq il-baxx u l-qiegħ taħt saqajk u tħalli lilek innifsek tintelaq f’idejn Alla li jqarrbek lejh u lejn dak li hu tiegħu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: