Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt 9 ta’ Ġunju 2018

L-Evanġelju tas-Sibt 9 ta’ Ġunju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 2:41-51

Kienet il-Festa tal-Għid u t-tfajjel Ġesù kien ma’ Ġużeppi u Marija f’Ġerusalemm. L-Għid li kellu jkun iż-żmien li fih l-Iben ta’ Alla jagħti sa l-aħħar nifs ta’ ħajtu f’għaqda sħiħa mar-rieda tal-Missier u f’għotja sħiħa ta’ mħabba għall-bnedmin.

Hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed u x’dieqa għandi sa ma dan iseħħ. Ir-rabta ta’ Ġesù mal-Għid tidher sa miċ-ċkunija tiegħu. Ma tafux li jiena jeħtieġli nkun f’dak li hu ta’ Missieri? Sant’Atanasju, iktar ’il quddiem jistqarr li kull Nisrani għandu jgħix ħajtu minn kull Għid ġdid għall-ieħor. Ir-rabta ta’ dawk li jagħarfu lil Ġesù u jemmnu fih għandha tkun biss ma’ din il-ġrajja tas-salvazzjoni tagħna li minnha nnfisha hi l-festa tal-hena fl-eternità.

Ġesù baqa’ hemm fit-tempju, id-dar ta’ missieri, li l-bnedmin maż-żmien bidlu f’għar tal-ħallelin. Il-ħeġġa għal darek kilitni. Hemm il-preżenza ta’ Alla tiġbed lil dawk li huma tiegħu lejh. It-tempju qabelk hu d-dar tal-laqgħa huwa d-dar ta’ Alla li jlaqqa’ fiha lil dawk li hu adotta bħala wliedu. Aħna jeħtiġilna nkunu f’dak li hu ta’ Missierna mhux Missierna jeħtieġlu li jkun f’dak li hu tagħna. Kull qima tagħna hija ndirizzata lejh bi gratitudni li joffilna daru biex ngħixu miegħu. Niltaqgħu flimkien biex inqimu lilu mhux biex niċċelebraw lilna nfusna u dak li hu tagħna.

Jolqotni kliem Marija lil-Ġesù u jfakkarni f’meta aħna nħossuna rridu nipprotestaw quddiem Alla u donna niddejqu jew inġossuna ħatja. Kliem Marija ma’ Binha huwa kliem ta’ protesta u ta’ ċanfira, iżda Ġesù ma jeħodhiex magħha, anzi għall-kliem tagħha, jerġa’ lura lejn ir-raħal tagħhom magħhomu kien joqgħod għalihom. Il-qalb ta’ Marija tinfetaħ beraħ quddiem Ġesù u turih anke n-niket tagħha għal dak li għamel u binha jagħti kasha.

It-talb tagħna mhux biss espressjoni ta’ tifħir u ta’ gratitudni lil Alla. Huwa l-ftuħ tal-qalb ma’ min iħobbha u li diġa jaf il-qalb minn xhiex inhi għaddejja. Marija tgħallimna nitolbu, tgħallimna niftħu qalbna b’onestà u b’sinċerità ma’ dik il-qalb li, għax tħobb kull qalb li tħabbat maħluqa fuqha stess, tisma’ u tagħti kas, tagħder u tħenn, anke billi tbiddel dak li jidher li ma jistax jinbidel.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: