Kull sena mill-1 ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru
L-Istaġun tal-Ħolqien għandu l-għeruq tiegħu fl-1989, meta l-Patrijarka Ekumeniku Dimitrios I ta’ Kostantinopli stieden lill-Insara Ortodossi biex l-1 ta’ Settembru ikun jum ta’ talb għall-ħarsien tal-ħolqien.

Maż-żmien, din l-inizjattiva nfirxet fost Knejjes Insara oħra u żviluppat f’dak li llum insejħulu l-Istaġun tal-Ħolqien. Fil-Knisja Kattolika, pass importanti ħafna sar fl-2015, meta l-Papa Franġisku waqqaf l-1 ta’ Settembru bħala l-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien għall-Kattoliċi wkoll.
Illum, l-Istaġun tal-Ħolqien jiġi ċċelebrat kull sena mill-1 ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru, festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi, u jgħaqqad diversi tradizzjonijiet Insara fit-talb u fl-azzjoni favur id-dar komuni tagħna.
Ara wkoll …