Dr. Miriam Sciberras dwar il-Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni


Dr. Miriam Sciberras dwar il-Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.
·
“It-tfal għandhom id-dritt li jkunu jafu min huma l-ġenituri bioloġiċi tagħhom.”

“Kif se jkunu jafu min huma l-aħwa tagħhom? Din xorta ser tibqa’ problema tad-donazzjoni tal-gameti.”

“Ħafna pajjiżi qed jirrikonoxxu l-uġigħ ta’ dawk li twieldu mid-donazzjoni anonima tal-gameti.”

“Meta giet Joanna Rose (persuna mwielda mid-donazzjoni ta’ l-isperma) biex tispjega l-esperjenza taghhna, ma ngħatatx il-ħin biex titkellem.”

“Id-donazzjoni anonima tal-gameti se joħloq problemi għall-futur.”

“Id-donazzjoni tal-gameti mhix ser issolvi l-infertilità.”

Dan id-diskors sar fil-Kumitat għall-konsiderazzjoni ta’ l-Abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar il-protezzjoni tal-embrijuni (Abbozz Nru 37, Laqgħa Nru 032.), fis-6 ta’ Ġunju 2018.