Talb tal-Interċessjoni. Il-5 Ħadd tal-Għid

V… Il-Mulej huwa t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Konvinti li hu sa jisma’ t-talba tagħna, induru lejh u nitolbuh flimkien: Kun int Mulej, it-Triq tagħna.

1. Nitolbu għall-papa, għall-isqfijiet u s-saċerdoti, biex ikomplu jimxu wara Kristu b’fedeltà huma u jxandru l-Evanġelju u jakkumpanjaw lil kull persuna fit-triq lejn il-Missier. Nitolbu

2. Nitolbu għal dawk li huma afdati bil-poter biex jitakru li t-tmexxija hija forma ta’ servizz mibnija fuq id-djalogu, il-verità u r-rispett. Nitolbu

3. Nitolbu għal dawk kollha li għaddejjin minn żmien diffiċli f’ħajjithom biex ma jaqtgħu qalbhom qatt imma jkomplu jemmnu fil-preżenza kontinwa t’Alla. Nitolbu

4. Nitolbu għall-komunità tagħna biex timxi flimkien wara Kristu u titgħallem tgħix il-verità, fil-karità u fis-servizz reċiproku. Nitolbu

V… Missier twajjeb, ilqa’ t-talb li qegħdin nagħmlulek u mexxina fit-triq tal-ħajja ħalli naslu għandek, int li int l-għajn ta’ kull ġid. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading