Minn Angelo Xuereb

Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu


Kitba ta’ Angelo Xuereb:  Fis-16 ta’ Lulju l-Knisja ticcelebra t-tifkira obligatorja tal-Vergni Mqaddsa tal-Karmnu. Ikun xieraq li naghmlu ftit riflessjonijiet dwar il-Labtu tal-Karmnu u naraw x’sinjifikat ghandu fid-dinja  tal-lum.

labtu
Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu

X’uhud ghandhom l-impressjoni li l-Labtu huwa residwu ta’ mentalita antika li kienet tezisti qabel is-sekularizzazjoni. Izda wiehed jrid jara mnejn gejjin dawn l-ideat. Forsi kien hawn l-impressjoni li min jilbes il-Labtu ghandu garanzija mekkanika tal-genna, apparti mill-hajja morali li wiehed jghix.

Biex nirrabattu dawn l-ideat bizzejjed li nharsu lejn l-Ittra tal-Papa San Gwanni Pawlu II Lill-Karmelitani kollha li baghtilhom fl-2001 fl-okkazjoni tas-sena Marjana fis-750 anniversarju mill-ghoti tal-Labtu.

Jekk inharsu mill-perspettiva li jaghtih  San Gwanni Pawlu II naraw kemm il-Labtu ghadu  importanti anki fiz-zmien li qeghdin nghixu:

—Huwa patt mal-Vergni Marija … Permezz tieghu n-nisrani juri li huwa lest li jhobb lill-Ommna tas-Sema b’tali mod li jhoss go fih dan is-sens ta’ sejha li jdahhalha f’hajtu.

—- Min jilbes il-Labtu tal-Karmnu ghandu d-dmir biex permezz ta’ Marija  “jithabat ta’ kuljum biex jilbes minn gewwa lil Gesù Kristu u jurih haj go fih ghall-gid tal-Knisja u ghall-bnedmin kollha”(Ittra lill-Karmelitani  No. 5).

—- Il-Labtu jfakkarna fil-harsien bla waqfien tal-Vergni Marija, mhux biss  f’din il-hajja izda anki waqt il-punt tal-mewt taghna.

—- Jurina “Li d-devozzjoni lejha ma tistax tieqaf f’talb u sinjali ohra ta’ qima lejha f’xi cirkustanzi, imma ghandha ssir ‘drawwa’, jigifieri mod permanenti ta’ kif nghixu l-hajja nisranija taghna minsuga mit-talb u l-hajja interjuri”(Ittra   lill-Karmelitani No. 5)

— Il-Labtu jheggigna biex nircievu ta’ spiss s-sagramenti filwaqt li nwettqu ghemejjel ta’ hniena kemm li jolqtu r-ruh u l-gisem.

—- Huwa simbolu li Marija giet moghtija lilna “Huwa jfisser b’mod konkret l-ghotja ta’ Ommu li Gesù minn fuq is-salib ghamel lil Gwanni, u fih lilna lkoll”(Ittra lill-Karmelitani No.5).

B’din it-tifsira li tah  San Gwanni Pawlu II l-Labtu jsir simbolu u sinjal tal-vera devozzjoni lejn Marija u espressjoni ta’ vera devozzjoni lejha.

Meta nitkellmu fuq id-devozzjoni lejn il-Vergni Marija rridu naghmlu distinzjoni bejn dik genwina kif ukoll dik falza. Anki San Gorg Preca kien jaghfas fuq dan l-aspett tant li jasal biex jghid li min jidneb bit-tama li Marija se tidhol ghalih jkun waqa’ fid-devozzjoni falza.

San Luigi Grignon de Montfort jghidilna li hawn dawn it-tipi ta’ devozzjonijiet foloz lejn il-Vergmi Marija. Dawn huma.

L-ewwel grupp jikkonsisti fid-devoti kritici. Dawn huma dawk il-persuni li jippretendu li ghandhom devozzjoni lejn Marija. Izda huma jikkritikaw lil dawk kollha li ma jaqblux maghhom kif ghandha tinghata qima. Naturalment dawn ma ghandhomx  imhabba vera lejn lejha ghax jintilfu fuq hwejjeg esterjuri u ghalhekk id-devozzjoni  taghhom mhix hierga mill-qalb.

It-tieni grupp huma d-devoti skrupluzi. Dan il-grupp jikkonsisti f’dawk il-persuni li ghalkemm jaghtuha qima donnhom jibzghu minn din il-qima. Din wkoll hija qima zbaljata ghax n-nisrani ghandu jkollu imhabba bla limiti lejn l-Omm tieghu tas-Sema.

It-tielet grupp huma d-devoti esterjuri. Il-persuni f’din il-kategorija jippruvaw jaghtu qima lill-Vergni Marija permezz ta’ Ruzarji, u purcissjonijiet.  Izda dawn id-devozzjonijiet u t-talb jaghmluhom b’mod esterjuri u ma jippruvawx  jimitaw l-virtujiet tal-Madonna.

Hemm imbaghad id-devoti inkostanti. Dawn huma dawk kollha li ghandhom devozzjoni lejn  Marija skont il-kapricc taghhom.

Grupp iehor jikkonsisti fid-devoti prezuntuzi. Dawn jippretendu li ghax ghandhom devozzjoni lejha ma jaghtux kas tal-hajja moralment hazina li jkunu jghixu.

Hemm imbaghad id-devoti interessati. Dawn ihobbu lil Ommna tas-sema sabiex jevitaw xi incident, xi marda jew xi sfortuna f’din id-dinja.

Dawn il-punti li semmejna ma jwaqqfu bl-ebda mod il-valur tal-labtu, izda jaghtuna orjentazzjoni ta’ spiritwali u pastorali  ta’ kif ghandu jintlibes. Huwa sinjal sensibbli li jfakkar fl-imhabba ta’ Marija lejna u fl-obligu taghna li naghtuha vera qima.

Il-vera devozzjoni lejn il-Vergni Marija ghandha tkun hierga mill-qalb, dizinterressata jigifieri bla ebda interessi, akkumpanjata minn herqa li wiehed jwettaq il-kmandamenti kif ukoll l-beatitudnijiet.

Fuq kollox il-labtu ghandu jkun ghalina ikona hajja ta’ Marija. Huwa jfakkarna fiha bhala: il-Vergni ta’ Nazaret li edukata u ffurmata mill-Ispirtu Santu tghid “Iva” sabiex Kristu jkun jista jsir bniedem filwaqt li mxiet il-pelegrinagg ta’ fidi mieghu sa fuq il-Kalvarju fejn inghaqdet mas-sagrificcju tieghu b’qalb ta’ Omm.

U jekk nidhlu fil-meditazzjoni u l-kontemplazzjoni  ta’ Marija Santissima naslu biex nimitawha fil-virtujiet taghha u nfasslu hajjitna fuqha. Santa Tereza ta’ Gesù, kienet theggeg: “Imitaw lil Marija u kkunsidraw kemm hi kbira din is-Sinjura u kemm jiswielna li jkollna lilha bhala Patruna taghna (Il-Kastell Interjuri, III, I, 3)

B’dan il-mod il-labtu jwassalna ghall-glorja tas-Sema. Anke t-teologija dommatika tghidilna li ghalkemm ma nistghux  nkunu certi fuq is-salvazzjoni taghna madankollu d-devozzjoni lejn il-Vergni Marija hija sinjal li ahna se niksbu b’wirt taghna s-Saltna tas-Smewwiet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s