Tweet mill-Papa dwar il-laqgħa f’Dublin


It-Tlieta 21 ta’ Awwissu 2018: Il-Papa Franġisku bagħat tweet dwar il-Laqgħa Dinjija tal-Familji li se tibda llum f’Dublin, l-Irlanda, u qalilna biex nitolbu għall-familji tad-dinja. Il-Papa Franġisku se jmur l-Irlanda nhar is-Sibt li ġej u l-Ħadd jiċċelebra quddiesa f’Dublin fejn mistenni jkun hemm man-nofs miljun ruħ.

tweet.JPGIllum f’Dublin se tibda l-Laqgħa Dinjija tal-Familji. Ningħaqdu fit-talb għall-familji kollha tad-dinja, speċjalment dawk li jinsabu f’diffikultà. Dan kien it-tweet li dalgħodu l-Papa Franġisku ddedika lid-disa’ Laqgħa Dinjija tal-Familji li fiha qed jieħdu sehem familji minn 116-il pajjiż minn madwar id-dinja kollha, mill-ħames kontinenti.

It-tema taċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-laqgħa internazjzonali tal-familji hi: il-ferħ tal-imħabba fil-familji hu wkoll il-ferħ tal-Knisja. Waqt iċ-ċerimonja se jkun talb b’dimensjoni partikolari ta’ ekumeniżmu u se tiftaħ illejla fl-istes ħin f’Dublin u fis-26 djoċesi tal-Irlanda.

Se nibdew billi nfakkru li aħna mexjin fuq il-passi tal-qaddisin u fuq il-passi ta’ min għaddielna l-fidi tiegħu – qalu l-organiżżaturi tal-laqgħa. Nilqgħu lil Kristu li hu d-dawl dejjiemi tagħna, se nkantaw u nitolbu: innijiet, Salmi u kantiċi, se naħarqu l-inċens u se nitolbu għall-familja tal-bnedmin kollha kemm hi quddiem Alla Missierna.

Għada fiċ-ċentru tal-kungressi ta’ Dublin se jibda l-Kungress pastorali ta’ tliet ijiem b’aktar minn 60 werkxop u diskussjonijiet, kollha dwar l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku: Il-Ferħ tal-Imħabba.

Fl-ittra li biha nieda dil-Laqgħa Dinjija tal-Familji, il-Papa Franġisku kien talab li dan l-avveniment u t-tħejjija għalih joffru lill-familji l-opportunità li jidħlu aktar fil-fond fir-riflessjoni u qsim tal-ideat tal-kontenut ta’ din l-Eżortazzjoni Appostolika post-Sinodali.

Waqt il-kungress se jkun hemm ukoll spazji dedikati lit-tfal u lill-adoloxxenti. Dil-laqgħa tilħaq il-qofol tagħha nhar il-25 ta’ Awwissu meta se jsir il-festival tal-familji u mbagħad fis-26 bil-quddiesa kbira li l-Papa se jiċċelebra f’Phoenix Park. Franġisku se jkun preżenti f’dawn iż-żewġ okkażjonijiet.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.