Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 20, 1-16a
Kieku kien hemm il-unions kien ikollu l-inkwiet għa xil-ġustizzja tal-bniedem, suppost, tistma lil kulħadd l-istess u dan hu l-pedament ta’ kif nifmuha aħna l-bnedmin. Kważi kważi kultant nippruvaw tant neliminaw id-differenzi li naqgħu fir-ridikolu. Il-bnedmin l-istess għax m’hemmx m’hemmx differenzi beniethom, izda għax ilkoll kemm huma għandhom il-bżonnijiet tagħhom.
Dan is-sid tal-parabbola kellu bżonn l-għajnuna u kien ja fli hemm mingħandu bżonn jaħdem. Il-ġenerożità tiegħu tidher sa mill-bidu nett. Ma jagħżilx, ma jitlobx kwalifiċi, ma jagħmilx kundizzjonijiet. Il-ħobża ta’ kuljum irid jagħtiha lil kulħadd.
Il-ħaddiema jkejlu skont ma jaħdmu, skont kemm jipproduċu. Is-sid iqis li kulħadd għandu bżonn l-għajxien għall-ħobżna ta’ kuljum.
Aħna nagħmlu ħafna differenzi, inkejlu skont kemm nipproduċu, kemm nagħmlu tajjeb. Alla jkejjel skont il-ħtieġa ta’ kull wieħed. Li kieku nqisu bħalu u nistmaw lil xulxin bl-istess mod, kieku d-dinja hija ħafna iktar differenti milli hi u anke milli nixtiequha tkun, għax kull bniedem isir jiswa mhux skont kemm għandu ħila jagħti, imma skont il-bżonnijiet tiegħu. Il-ġustizzja ta’ Alla mhix mibnija fuq il-miżien iżda fuq l-imħabba.