It-Tnejn 6 ta’ Awwissu 2018: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lis-Sur Anthony Gatt, psikologu, bħala direttur tal-entità tal-Knisja Caritas Malta. Anthony Gatt ser ikompli jaħdem biex il-Knisja, permezz tal-Caritas, issaħħaħ is-servizzi li toffri bla ħlas b’mod partikolari fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga, il-ħidma b’risq il-fqar u l-familji li għaddejjin minn problemi soċjali, u l-ħidma favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-persuna. Continue reading “Direttur ġdid għall-Caritas Malta”