Il-Ħadd 2 ta’ Settembru 2018: Bejn l-1999 u l-2003 il-Knisja f’Malta sejħet Sinodu Djoċesan li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom, dawk li ħadu sehem fih kienu lajċi, irġiel u nisa. Inħatru tmien working groups biex jaħdmu fuq id-diversi dokumenti li wara kienu diskussi fil-laqgħat diversi.
Fid-29 ta’ Settembru 2003, eżattament 15-il sena dax-xahar, l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, iffirma id-digriet tal-approvazjoni tad-dokumenti finali u dawn ġew publikati fix-xhur ta’ wara.
Hawn taħt issib xi domandi li huma maħsuba l-aktar biex jgħinnuna nirriflettu dwar kif fid-dawl tas-Sinodu Djoċesan li ntemm 15-il sena ilu, x’għandu jkun is-sehem tagħna fil-missjoni tal-Knisja f’Malta llum.
- Taf kemm kienu publikati dokument tas-Sinodu Djoċesan?
- Taf liema huma s-suġġetti li jitrattaw?
- Minn dakinhar sal-lum, inti ġieli qrajt xi wieħed jew aktar minnhom?
- Fil-parroċċa jew l-għaqda tiegħek ġieli ħadt sehem f’xi laqgħat dwar dawn id-dokument jew xi wieħed minnhom?
- Taħseb li dak li kien irrakkomanda s-Sinodu Djoċesan twettaq kollu?
- Issa li għaddew 15-il sena mill-publikazzjoni tagħhom, taħseb li dawn id-dokumenti għadhom rilevanti għaċ-ċirkustanzi ta’ żmienna?
- Taħseb li wasal iż-żmien li l-Knisja f’Malta tagħmel Sinodu Djoċesan ieħor, jew forsi aġġornament ta’ dak li diġà sar?
- U jekk dan isir, min taħseb li għandu jieħu sehem fih?
- Liema huma s-suġġetti l-aktar urġenti li għandha tiddiskuti l-Knisja f’Malta llum?
- Inti għandek xi suġġerimenti għall-Knisja f’Malta?