L-intenzjoni tal-Papa Franġisku għal Settembru – is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fl-Afrika


It-Tnejn 3 ta’ Settembru 2018: In-netwerk dinji ta’ talb mal-Papa ta’ kull xahar jieħu ħsieb iwassal riflessjonijiet dwar l-intenzjoni tal-Papa għal dak ix-xahar. Hekk kif bdejna xahar ġdid naraw x’inhi l-intenzjoni tal-Papa għal dan ix-xahar.

Il-Papa jistieden lilna lkoll, hu x’inhu t-twemmin tagħna, biex ningħaqdu flimkien u matul ix-xahar ta’ Settembru nitolbu sabiex iż-żgħażagħ fl-Afrika jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u għax-xogħol f’pajjiżhom.

Nirriflettu dwar il-fatt li ħafna żgħażagħ Afrikani li jkollhom edukazzjoni għolja, jispiċċaw jaħdmu xogħlijiet baxxi u manwali. Ikun tajjeb li kieku nħarsu lejhom b’aktar rispett u jekk possibbli naħdmu biex titajjem kuxjenza dwar din ir-realtà. Il-Papa Franġisku kemm-il darba saħa li x-xogħol huwa fundamentali għad-dinjità tal-bniedem.

Nitolbu lill-Mulej idawwal lill-mexxejja tal-pajjiżi Afrikani sabiex isibu soluzzjoniet verament effettivi biex iż-żgħażagħ fl-Afrika jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u x-xogħol f’pajjiżhom.

Ara aktar dettalji …  http://www.laikos.org/Papa_Frangisku-Fehma.htm

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.