L-Evanġelju tal-Erbgħa 17 ta’ Ottubru 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 11, 42-46

L-għaref tal-liġi ried jilgħabha tal-vittma u pprotesta ma’ Ġesù għax, fi kliemu, kien qed jgħajjar lil dawk tal-professjoni tiegħu. Dan meta Ġesù ma semmiehomx, semma biss lill-Fariżej. B’hekk ġibed il-ġebla fuq saqajh. Ġesù jurih li jekk il-ħtija tal-Fariżej kienet il-wiċċ b’ieħor tagħhom, il-ħtija tal-għħorrief tal-liġi kienet ikbar għax kienu, bl-interpretazzjoni fażulla tal-liġi, jibdluha f’piż tqil li jgħabbu fuq spallejn in-nies u huma stess jiġu jaqgħu u jqumu minnha.

L-għaref tal-liġi pprova japplika l-argument tal-kompassjoni biex jevita l-ħtija li, sewwasew għax kien għaref tal-liġi, kien jaf li għandu, hu u dawk kollha li jagħmlu bħalu. Iżda Ġesù, li jagħraf il-qlub u kull kelma li tkun ħierġa sa minn qabel toħroġ mill-fomm, ma jaqax fin-nasba ta’ dan l-għaref tal-liġi, li kien jaħseb li, la kien jista’ jinterpreta l-liġi, kien ogħla minnha u għalhekk il-liġi ma kienetx tapplika għalih, seta’ ma jobdihiex; għalih il-liġi kienet biss meżż kif jissedraq fuq il-bqija tal-proxxmu biex jimmanupulahom u jikkontrollahom. Il-kundanna ġibidha fuqu hu stess. Li kieku ma tkellem xejn ma kien jidher xejn. Iżda, bħalma jiġri ħafna drabi, malli wieħed jitkellem jitfa’ dell ikraħ fuqu. Darba xi ħadd qal li sakemm raġel jiftaħ ħalqu, ħafna jkollhom dubju dwar l-onestà u l-ġenwinità tiegħu, iżda malli jiftaħ ħalqu id-dubju kulħadd ineħħih.

Hija tentazzjoni kbira ta’ dawk li jmexxu u dawk li jifhmu fil-liġi li japplikawha għal ħaddieħor u ma’ ħaddieħor jużaw għarbiel b’toqob mikroskopiċi iżda magħhom u għalihom infushom dan l-għarbiel iwessgħulu t-toqob kemm jista’ jkun biex jgħaddi kollox u kollox ikun ġustifikat. Ħafna drabi, jirnexxilhom ukoll ipenġu lilhom infushom bħala eroj, meta jiksu l-liġi li jimponu b’riġidità kbira fuq l-oħrajn. U l-ħmerija hi, li l-oħrajn, fil-bluha inġenwa tagħhom jew minħabba li jaħsbu li jaqblilhom iqimuhom ta’ eroj li m’humiex.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.