Eluf tat-tfal talbu r-Rużarju f’inizjattiva tal-ACN


Kull sena fit-18 t’Ottubru, l-ACN torganizza kampanja fejn miljun tifel u tifla minn madwar id-dinja kollha jitolbu r-Rużarju għall-għaqda u l-paċi fid-dinja speċjalment għat-tfal sħabhom f’pajjiżi fejn hemm il-gwerra.

Illum aktar minn qatt qabel, id-dinja tinsab fil-bżonn urġenti tal-paċi u nittamaw li t-talb ta’ dawn il-qlub żgħar iġib il-paċi u l-għaqda li tant għandna bżonn.

Illum f’xi skejjel li ngħaqdu ma’ din l-inizjattiva l-istudenti talbu r-Rużarju – il-ġenituri u n-nanniet, youth leaders u dawk kollha li jieħdu ħsieb lit-tfal huma mħeġġa biex illum isibu ħin jitolbu r-rużarju mat-tfal.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija