Il-festa tal-Qaddisin Kollha u t-tifkira tal-Mejtin Kollha


L-Arċisqof Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha u fit-tifkira tal-Mejtin Kollha.

curia_file-photo.jpg

Nhar il-Ħamis, l-1 ta’ Novembru 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:00 p.m. Din il-festa tiġi ċċelebrata mill-Knisja Universali biex l-Insara jagħtu ġieħ lill-Qaddisin kollha waqt li jħabirku biex jimxu fuq l-eżempju tagħhom.

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Novembru, Jum it-Tifkira tal-Mejtin Kollha, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid. Il-Quddiesa tibda fl-10:00 a.m. Dakinhar l-Insara huma mistiedna jitolbu għall-erwieħ kollha li marru qabilna bis-sinjal tal-fidi u bit-tama tal-qawmien mill-imwiet, biex bil-ħniena ta’ Alla jitnaddfu minn kull dnub.

L-Insara kollha huma mħeġġa jattendu biex jiċċelebraw il-ħajja tal-Qaddisin u jitolbu wkoll għall-għeżież mejtin tagħhom

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.