Suffraġju għall-erwieħ tal-isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi


It-Tlieta, 6 ta’ Novembru 2018: Quddiesa b’suffraġju għall-erwieħ tal-isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi li ħallewna matul is-sena. 475742-740xNone

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna – Fil-Katidral tal-Imdina.

“Min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla”. Din hija l-hena li aħna nawguraw lill-isqfijiet, saċerdoti, ir-reliġjizi rġiel u nisa li telqu qabilna bis-sinjal tal-fidi li ħadu fil-Magħmudija, f’din l-aħħar sena.

Nawgurawlhom li huma qegħdin igawdu dik l-istedina sabiħa li nsibu fil-Ktieb tal-Apokalissi: “Henjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tat-tieġ tal-Ħaruf għax tassew ħieni min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla”.

Ġesù jagħtina parabbola ta’ nies li huma distratti mill-ħafna affarijiet ta’ din id-dinja u li ma jaċċettawx l-istedina tal-Mulej. Aħna nitolbu biex bil-ħniena ta’ Alla, anke jekk aħna kultant distratti, kultant ma nisimgħux l-istedina tal-Mulej jew ma nagħtux każha, nitolbu li fil-ħniena tiegħu, dawk kollha li telqu qabilna mhux biss irċievew l-istedina imma laqgħuha għaliex l-istedina hija stedina miftuħa għal kulħadd. Fl-istedina diġà hemm il-barka: “Henjin dawk li huma mistiedna” imma kemm iżjed huma henjin dawk li jilqgħu l-istedina.

Ejjew nitolbu biex kif ħutna, li fil-mewt waslitilhom l-aħħar stedina, u għalhekk nitolbu li jilqgħuha u ħallew lill-Mulej iħaddanhom bil-ħniena tiegħu, nitolbu li aħna wkoll, minkejja l-ħafna distrazzjonijiet li jtellfuna u jtarrxuna, aħna nilqgħu l-istedina tal-Mulej.

✠ Charles J.Scicluna

Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.