Ħsieb fiċ-Ċimterju


Minn AngeloXuereb

Meta tkun fiċ-ċimiterju tippassiġġa qalb l-oqbra tara kemm persuni ħallewna u llum kważintesew. Tintebaħ ukoll kemm din il-ħajja hija qasira u li xi darba dintispiċċa. Tara wkoll kemm aħna boloh meta nagħtu b’mod mhux irraġunatimportanza lill-ħwejjeġ ta’ din id-dinja b’mod li ninsew dak li huwa spiritwali.

Jekk tkun bla fidi tista’ tiġik it-tentazzjoni u tgħid: ingawdi issa f’din id-dinja peress li ħadd ma miet u reġa’ ġie. Tista’ taqa’ fi skurraġġiment xħin tirrealizza li ser tinfired minn din id-dinja.

Fuq kollox iċ-ċimiterju huwa post li jgħinna li nikbru fil-fidi. Meta nirraġunaw mingħajr fidi nibżgħu mill-mewt u jkollna raġun nibżgħu. Il-mewt tagħmel sens meta nħarsu lejha bil-fidi. Meta mmutu ma’ Kristu jiġifieri fil-grazzja ta’ Alla għandna garanzija li mmorru l-ġenna u fl-aħħar jum inqumu mill-imwiet b’ġisem glorjuż.

Il-ħsieb tal-mewt għandu jferraħħna. Veru li kull bniedem jibża’ mill-mewt u jixtieq kemm jista’ li jipposponiha. Iżda huwa veru wkoll li kieku kellna ngħixu fid-dinja għall-eternita ma nkunux kuntenti. Dejjem nixtiequ l-ġdid. Dejjem nixtiequ iżjed bit-tama li ser inkunu aktar kuntenti. Iżda l-veru kuntentizza li tibqa’ għal dejjem hija l-viżjoni beatifika fejn naraw lil Alla wiċċ imb’wiċċ. Hawn ikun hawn il-paċi, il-ferħ, il-kwiet u l-għaxqa ta’ Alla, tal-Verġni Marija u tal-qaddisin. La jkun hawn tbatija u lanqas biki. Iżda biex ingawdu lil Alla fil-ġenna, l-ewwel irridu immutu.

Qegħdin fix-xahar ta’ Novembru; żmien li fih niftakru fl-għeżież li ħallewna u nitolbu għalihom ħalli dawk li qegħdin jissaffew jidħlu fil-ġenna.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.