It-tama nisranija


Ħsieb għax-xahar ta’ Jannar minn Angelo Xuereb

Qegħdin fil-bidu ta’ sena oħra. Ħafna jistaqsu: kif ser tkun din is-sena? X’esperjenzi ser inġarrab?

Żgur li matul din is-sena ser inġarrbu ħwejjeġ sbieħ u xi affarijiet oħra li ma jkunux għal qalbna. Niftakru f’dak li jgħid San Ġorġ Preca, li xejn ma joħroġ mis-santwarju ta’ Alla jekk mhux b’ordni jew permess.

Inkunu persważi li Alla ma jippermettix li tiġrilna xi ħaġa negattiva jekk ma joħroġx il-ġid minnha. San Pawl stess jgħidilna: “Aħna nafu li ma’ dawk li jħobbuh, Alla jaħdem kollox għall-ġid tagħhom, dawk li huma magħżulin skont il-pjan tiegħu (Rum 8,28). U proprju din hija t-tama nisranija. Ma nittamawx li kollox jiġi ward u żaħar iżda li Alla qiegħed imexxi kollox u għal dawk li jħobbuh, mill-ħwejjeġ negattivi joħroġ il-ġid ukoll.

Jista’ jkun li l-bniedem modern, minħabba l-progress iħoss li jista’ jgħaddi mingħajr Alla u għalhekk ipoġġi t-tama kollha tiegħu fih innifsu. Iżda mbagħad meta jesperjenza li l-ħwejjeġ materjali ma jagħtuhx sodisfazzjon jista’ jitlef it-tama.

Iżda n-nisrani veru huwa bniedem ta’ tama. Huwa jemmen li meta din il-ħajja tintemm, jekk imut fil-grazzja ta’ Alla, ser imur igawdi lil Alla.  Għalhekk fil-ħwejjeġ negattivi jdur lejn Alla u jitolbu l-għajnuna filwaqt li jirrassenja ruħu mal-pjan ta’ Alla.

Dan li għedna ma jfissirx li hemm xi ħaġa ħażina fil-progress. Iżda meta l-bniedem iqiegħed it-tama fil-ħwejjeġ materjali biss u ma jagħtix kas tal-ħajja spiritwali, iġarrab vojt kbir. Kellu raġun Santu Wistin li jgħid: “Inti ħlaqtna għalik u qalbna ma ssibx mistrieħ jekk mhux fik.”

Għalhekk inħarsu lejn sena ġdida b’viżjoni ta’ fidi, tama nisranija kif ukoll karità mal-proxxmu. U żgur insibu l-paċi tal-qalb.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.