Evanġelju tas-Sibt 12 ta’ Jannar 2019

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 3, 22-30

Il-virus tal-firda donnu kien hemm ukoll. Aħna u huma. Int u hu. Mhux sewwa. Mhux fair. Qed jeħdilna n-nies. U dan beda għax huma stess kellhom xi jgħidu ma’ wieħed Lhudi fuq xi ħaġa li m’għandna x’taqsam xejn. Minflok ippruvaw isibu soluzzjoni u jifthiemu, ppruvaw jitfgħu it-tort fuq ħaddieħor. Kemm hi sitwazzjoni rejali. Kemm hi sitwazzjoni attwali; hawn, issa, aħan u nitkellmu. Noħolqu l-għedewwa għax tisħon rasna u ma nkunux nistgħu naqblu, u narawhom f’kull min ma jimxix skont dak li nifhmu aħna u nintilfu niġġieldu u ninfirdu fuq il-ħmerijiet li f’moħħna donnhom ikunu l-ikbar traġedji tad-dinja.

Il-bniedem ta’ Alla jagħaraf sewwa l-abjad mill-iswed. Mingħajr ma jħalli lilu nnifsu jitkaxkar fil-kontroversja, b’kalma kbira juri l-verità x’inhi. Ma jrewwaħx il-konflitt u jwarrbu għal kollox.

Mhux jien il-Messija; dan għidtulkom. U jiena nifraħ minħabba fih, qalbi timtela’ bil-ferħ għal dak li qed jagħmel u għal dak li ġie biex jagħmel. Jeħtieġ jiena nispiċċa fix-xejn bex jidher hu, jikber hu.

Attitudni bħal din ma tridx wisq kliem biex tinftiehem iżda trid qwwa kbira biex tingħax; qawwa li tiġi biss mingħand Alla f’min hu marbut ħaġa waħda miegħu. Iktar kemm nitbiegħdu minn Alla u ninħallu minn miegħu iktar ngħollu rasna ’l fuq u ngħaffġu lil ħaddieħor taħtna u ħaddieħor jipprova jagħmel magħna l-istess, il-konflitti jfaqqsu u l-firdiet jiżdiedu. Biex kollox hu mistħajjel f’moħħna u bl-istħajjil ta’ moħħna, inkissru u nitilfu l-ġid li għandna f’xulin.

Nifraħ bil-ġid tal-għarus għax hu ħabibi. Kemm hu isbaħ u aħjar għalija li niċkien jien biex jikber hu milli nċekken lilu biex nikber jien.

Leave a Reply

%d bloggers like this: