Laqgħat dwar l-istress u d-depressjoni


Il-Kummisjoni Familja qed torganizza serje ta’ laqgħat dwar l-istress u d-depressjoni. Dawn il-laqgħat ser jitmexxew minn Dr. Marlene Cauchi, counselling psychologist u lecturer fl-Università ta’ Malta.

Il-laqgħat ser ikunu qed jinzammu fis-7.30pm , fl-Istitut tal-Familja (Triq Fortunato Mizzi, Rabat) f’dawn il-ġranet 18 ta’ Jannar, 25 ta’ Jannar, 8 ta’ Frar, 8 ta’ Marzu, 22 ta’ Marzu u 29 ta’ Marzu.

L-EWWEL LAQGĦA SER TINZAMM NHAR IL-ĠIMGĦA LI ĠEJ (18 TA’ JANNAR).

Ara poster: laqghat dwar l-istress u d-depressjoni