Lejn ix-Xahar Missjunarju Straordinarju


VATIKAN — “Il-Knisja kollha, il-Knejjes kollha għad-dinja kollha”.  Lejn ix-Xahar Missjunarju Straordinarju

It-Tnejn 28 ta’ Jannar 2018: Belt tal-Vatikan (Agenzia Fides) -“Il-Knisja kollha, il-Knejjes kollha għad-dinja kollha” : din is-sentenza tal-Beatu Paolo Manna, Pime, li l-memorja liturġiku tiegħu kienet fis-16 ta ‘Jannar, ispira l-Jum ta’ l-ispiritwalita tal-Opri Pontifiċji Missjunarji, organizzat fiċ-“Ċentru Internazzjonali għall-Animazzjoni Missjunarja” (CIAM), imwaqqaf mill-Papa Pawlu VI u intitolat għal Beatu Manna.

Il-ġurnata kienet organizzata bi ħsieb u bi tħejjija għax-Xahar Straordinarju Missjunarju ta’ Ottubru 2019, ipproklamat fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tal-Ittra Appostolika “Maximum Illud” tal-Papa Benedittu XV, dwar it-tema “Mgħammdin u mibgħutin: il-Knisja ta’ Kristu f’missjoni fid-dinja”. Fost oħrajn, ħadu sehem il-President tal-Opri Missjonarji Pontifiċji, l-Arċisqof Giampietro Dal Toso, u l-erba’ Segretarji Ġenerali tal-Opri Missjonarji Pontifiċji,  (OMP).

capture

“Ebda Knisja ma hi missjunarja weħidha, il-knejjes kollha huma missjunarji u għandhom ikunu mħeġġin għall-għarfien tal-esperjenza missjunarja”, kif osserva P. Fabrizio Meroni, PIME, Segretarju Ġenerali tal-Unjoni Missjunarja Pontifiċja. P. Meroni saħaq li “għall-missjoni neħtieġu niffukaw fuq il-kwistjoni tar-relazzjoni tal-fidi mad-dinja: l-għerq tal-missjoni hija l-fidi, ir-rigal tal-fidi għas-salvazzjoni tad-dinja”.

Minħabba din il-premessa, l-għodod ippreżentati għall-animazzjoni tal-komunitajiet tal-imgħammdin, fid-dawl tax-Xahar Straordinarju t’Ottubru 2019 “huma strumenti ta’ sinodalità”, huwa ssokta jgħid: dan huwa essenzjalment is-sit fuq l-Internet http: //www.october2019.va/ fejn hemm materjal, aħbarijiet u tagħrif iktar profond dwar ix-xahar imħabbar mill-Papa Franġisku.

Hawnhekk tista’ tniżżel il-“Gwida għax-Xahar Missjunarju Straordinarju t’Ottubru 2019”, li se jkun ippubblikat ukoll f’format stampat. Dan huwa sussidju li ng]ata fuq l-inizjattiva tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli u tal-Opri Missjonarji Pontifiċji (OMP), li tiġbor kontribuzzjonijiet minn Insara mad-dinja kollha u hija mmirata lejn Insara fid-dinja kollha. B’dan il-mod, tenna l-Arċisqof Dal Toso, l-OMP “iżommu ħaj l-ispirtu missjunarju fil-Knisja permezz ta’ animazzjoni u formazzjoni missjunarja”. Huwa fakkar li huma “netwerk dinji għas-servizz tal-Papa biex jappoġġja l-missjoni u l-Knejjes żgħar bit-talb u l-karità”. L-għan tal-Gwida huwa li taqdi d-djoċesijiet individwali fil-bżonnijiet tagħhom għall-formazzjoni u l-animazzjoni missjunarji, billi tipprepara lill-fidili biex jgħixu x-Xahar Missjunarju Straordinarju. It-test ser iservi biex jispira l-kreattività tal-Knejjes lokali u l-Insara tagħhom fl-indirizzar tal-isfidi li jin]oplqu mill-evanġelizzazzjoni li jibdew mill-missio ‘ad gentes’  u mill-istess evan[elizzazzjoni.

Il-partijiet li minnhom hija magħmula l-Gwida jikkorrispondu mad-dimensjonijiet spiritwali indikati mill-Papa: il-laqgħa personali ma’ Ġesù Kristu ħaj fil-Knisja; ix-xhieda ta’ qaddisin u martri tal-missjoni; formazzjoni kateketika għall-missjoni u l-karità missjunarja. It-test huwa ppubblikat bl-Ingliż, bit-Taljan, bil-Franċiż, bl-Ispanjol u bil-Portugiż. (PA) (Agenzia Fides 17/1/2019)

Miġjub għall-Malti minn Louis Spiteri