Żjara tal-membri tal-Korp tal-Pulizija lis-Santwarju Ta’ Pinu


Il-Ġimgħa, 10 ta’ Mejju 2019: Żjara tal-membri tal-Korp tal-Pulizija lis-Santwarju Ta’ Pinu
fl-okkażjoni tas-Sena Marjana.

Ritratt - Joseph Xuereb

Nhar is-Sibt 1 ta’ Ġunju 2019, il-membri Maltin u Għawdxin tal-Korp tal-Pulizija se jżuru s- Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu u jieħdu sehem f’quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla għas-servizz li l-membri tal-Korp joffru lil pajjiżna. Il-quddiesa, li se titmexxa mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, sa tkun fis-6.30pm, u tkun imxandra b’mod dirett fuq it-televiżjoni. Il-Banda tal-Pulizija, akkumpanjata minn kor, se tanima l-kant tal-liturġija.

Din l-inizjattiva qed tittieħed fl-okkażjoni tas-Sena Marjana fid-Djoċesi ta’ Għawdex li tfakkar l-erba’ mitt sena mill-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu.

Il-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija f’Għawdex, kemm dawk attivi u kemm dawk li rtiraw mill-Korp, huma mistiedna jieħdu sehem, flimkien mal-familji tagħhom, f’din il-festa ta’ radd il-ħajr.