Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-Parroċċa Ta’ Xbiex


Il-Ħadd, 19 Mejju 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jibda l-viżta pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġwann tas-Salib, f’Ta’ Xbiex, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u l-ġenituri tagħhom u l-katekisti, mal-komunità Tereżjana tal-parroċċa kif ukoll mal-membri tal-Kunsill Lokali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Il-Viżta Pastorali tintemm it-Tlieta, 21 ta’ Mejju 2019. Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Isqof Galea-Curmi lill-parruċċani ta’ Ta’ Xbiex.