Ġesù ġie minn għand il-Missier b’missjoni


42. Is-Sibt wara s-Sitt Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Ġejt mingħand il-Missier u ġejt fid-dinja. Se nerġa’ nħalli d-dinja u mmur għand il-Missier (Ġw 16, 28).

Kull bniedem li hawn fid-dinja jiftakar fl-antenati tiegħu, almenu dawk li jiftakar f’ħajtu u jkunu mietu. Imma hemm min ġie fid-dinja għal xejn, għax telaq b’idejh vojta, u ngħidulu “miskin”, għax kien jeżisti biss.

Ġesù hawnhekk qiegħed jgħidilna mnejn ġie. Qiegħed jgħid lill-Appostli li huwa ġie mingħand il-Missier. Il-miġja tiegħu mingħand il-Missier kienet billi tnissel fil-ġuf ta’ Marija b’miraklu speċjali bl-opra tal-Ispirtu s-Santu. Imma ġie fid-dinja bi skop, b’missjoni.

Meta kiber Ġesù kien jgħin lil San Ġużepp fis-sengħa ta’ mastrudaxxa u mbagħad ta’ tletin sena ħareġ għall-ħajja pubblika. Għallem, għamel il-mirakli u waqqaf il-Knisja fuq it-tnax-il Appostlu. Ma qagħadx jitgħażżen! Beda jwettaq il-missjoni tiegħu fid-dinja u kompliha sal-aħħar.

Ġesù ġie fid-dinja mhux biex joqgħod komdu, iżda biex imur għall-passjoni u jmut fuq is-salib. Dan kien il-qofol tal-missjoni tiegħu: is-salvazzjoni tagħna.

Ġesù ġie mingħand il-Missier u reġa’ mar għand il-Missier, imma wara li wettaq dmiru mija fil-mija: “Hawn jien, ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek, o Alla, kif fil-ktieb hemm miktub fuqi” (Lh 10, 7).

Aħna wkoll ġejna fid-dinja u għandna missjoni x’naqdu. Ħadd ma ġie fid-dinja għalxejn. Imma gwaj għalina jekk matul ħajjitna ma ngħixux skont ma jrid Alla u nidhru quddiemu b’idejna vojta.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.