Messaġġ lill-Isqof Cefai fl-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu


Fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Isqof Għawdxi Mons. Giovanni Cefai MSSP illum fl-10.00am (5.00pm, ħin ta’ Malta) fil-Katidral ta’ Arequipa, il-Perù, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, bagħatlu dan il-Messaġġ ta’ Awguri biex jinqara waqt il- Quddiesa tal-Ordinazzjoni:

Bħal kull 22 ta’ Ġunju, dalgħodu l-qniepen tal-knejjes f’Għawdex daqqew għalenija biex ifakkru li 136 sena ilu, mill-Kappella Ta’ Pinu, il-Verġni Mbierka fetħet djalogu ta’ mħabba ma’ Karmni Grima u Franġisk Portelli, liema djalogu għadu għaddej illum mal-eluf ta’ pellegrini li jterrqu lejn dan is-Santwarju.

 

l-isqof-cefai-jmexxi-celebrazzjoni-fparrocca-fi-zmien-l-ghid.jpg

Imma dalgħodu l-qniepen tal-knejjes ta’ din id-djoċesi għannew ukoll għax illum wieħed minn uliedha, int, għażiż Patri Giovann, ser tirċievi l-Ordinazzjoni Episkopali u hekk tingħaqad mal-Kulleġġ tal-Appostli. Għalina dan huwa motiv ta’ ferħ kbir; imma aħna konxji wkoll li din il-ġrajja lilna tgħabbina bir-responsabbiltà li nkomplu nweżnuk kif nistgħu, speċjalment bit-talb tagħna, iktar u iktar meta inti isqof-missjunarju li l-Knisja sejħitlek biex tqiegħed il-pedament ta’ djoċesi ġdida.

L-isfidi li għandek ma humiex żgħar, imma niżgurak mill-esperjenza tiegħi: Alla ser jagħtik il-“grazzja tal-istat” ġdid li inti għandek; din il-verità jien fhimtha biss meta ġarrabtha, u hekk nawgura lilek.

F’isem il-poplu ta’ Alla f’Għawdex nifraħlek tassew, u filwaqt li llum nafdak f’dirgħajn il- Madonna Ta’ Pinu, nitolbok tagħtina l-barka episkopali tiegħek mill-Perù.

Insellem lil ħija fl-episkopat l-E.T. Mons. Javier del Río Alba, Arċisqof ta’ Arequipa, lil Patri Mark Grima MSSP, is-Superjur Ġenerali tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, u lill-foqra kollha li ħejjewk għal din l-għażla.

Konsagrazzjoni Episkopali ta' Mons. Giovanni Cefai mssp

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.