Fil-50 anniversarju mill-ewwel inżul fuq il-qamar – il-Papa dwar għanijiet akbar

Print Friendly, PDF & Email

Fl-okkażjoni tal-50 sena mindu l-bniedem rifes għall-ewwel darba fuq il-qamar, il-Papa Franġisku qal li permezz ta’ din il-kisba l-bniedem wettaq ħolma straordinarja. “Jalla l-memorja ta’ dan il-pass kbir għall-umanità jkebbes ix-xewqa li twassal għanijiet ikbar: iktar dinjità għad-dgħajfin, iktar ġustizzja fost il-popli, u futur aħjar għad-dar komuni tagħna”, żied jgħid il-Papa.

Permezz ta’ kliemu u mġibtu, il-Papa kemm-il darba esprima x-xewqa li tingħata għajnuna konkreta lil dawk li huma fil-bżonn: l-immigranti, il-fqar, il-morda, l-anzjani kif ukoll id-dinja – li hi d-dar komuni tagħna.

Azzjonijiet żgħar iwasslu għal passi kbar li jtejbu l-ħajja mhux biss tal-persuni vulnerabbli imma tal-umanità kollha. Il-karità tibda mid-dar. L-istess jgħodd għall-ħarsien tal-ambjent, li qegħdin ingawdu bħalissa u li aħna fi dmir inħalluh aħjar għal ta’ warajna.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading