Rapport, ikkummissjonat mis-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Britanniku, Jeremy Hunt u li tħejja mill-Isqof Anglikan, Philip Mounstephen ta’ Truro, jagħti dettali taż-żieda fil-vjolenza kontra l-Insara madwar id-dinja.
Madwar 215 miljun Nisrani kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ xi tip ta’ persekuzzjoni s-sena l-għaddiet, filwaqt li medja ta’ 250 Kristjan inqatlu kull xahar.

Mons Antoine Camilleri, is-sotto-segretarju tal-Vatikan għar-Relazzjonijiet mal-Istati kkwota l-Papa Franġisku u sejjaħ din il-persekuzzjoni kontra l-Insara “forma ta’ ġenoċidju kkawżat minn indifferenza ġenerali u kollettiva.”
Huma lmenta dwar l-impunità madwar dawn il-krimini li seħħew fuq il-bażi tar-reliġjon u n-nuqqas ta’ tagħrif li l-midja tagħti dwar din id-diskriminazzjoni.
Ir-rapport tkellem l-aktar fuq persekuzzjoni li sseħħ fil-Lvant Nofsani, l-Arfrika u l-Asja, iżda Mons Camilleri żied jgħid li hemm forom oħra ta’ diskriminazzjoni u persekuzzjoni li jsiru “f’pajjiżi suppost demokratiċi.”
Il-prelat Malti saħaq li r-reliġjon tista’ biss tgħaqqad is-soċjetà u ssaħħaħ il-paċi għall-interess tal-ġid komuni.
Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija