Mons. Antoine Camilleri jinħatar arċisqof titulari u nunzju appostoliku


Il-Papa Franġisku ħatar lill-Monsinjur Antoine Camilleri bħala Arċisqof titulari ta’ Skálholt u Nunzju Appostoliku. Sal-lum Mons. Camilleri kien qed iservi bħala sotto-segretarju tas-Santa Sede, responsabbli mir-relazzjonijiet mal-istati.

VATICAN MONEYVAL CAMILLERI

Mons. Antoine Camilleri twieled tas-Sliema fl-20 ta’ Awwissu 1965. Ġie ordnat saċerdot fil-5 ta’ Lulju 1991 u huwa inkardinat f’Malta. Iggradwa fil-Liġi u d-Dritt Kanoniku u daħal fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede fid-9 ta’ Jannar 1999. Huwa ta servizz fil-Papa New Guinea, l-Uganda, Kuba kif ukoll fit-taqsima responsabbli mir-relazzjonijiet mal-istati tas-Segreterija tal-Istat. Fit-22 ta’ Frar 2013, Mons. Camilleri nħatar sotto-segretarju tas-Santa Sede, responsabbli mir-relazzjonijiet mal-istati.

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.