Qalb il-Papa Franġisku u dik tal-Arċisqof ta’ Canterbury Justin Welby qed iħabbtu flimkiem għall-popolazzjoni tas-Sudna t’Isfel.
Iż-żewġ mexxejja ltaqgħu fil-Vatikan nhar l-Erbgħa waranofsinhar u esprimew ix-xewqa li jżuru dal-pajjiż Afrikan flimkien dment, li kif qalet stqarrija tas-Senta Sede, is-sitwazzjoni politika tippermetti li skont ftehim riċenti jitwaqqaf gvern proviżorju fil-100 jum li ġejjin.
Franġisku u Justin Welby ddiskutew ukoll is-sitwazzjoni tal-insara fid-dinja u l-kriżijiet internazzjonali.
Interessanti li t-tnejn ilhom fil-kariga 80 xahar: Franġisku kien elett nhar it-13 ta’ Marzu 2013 filwaqt li Justin Welby ħa l-ħatra fil-21 tal-istess xahar u sena.
L-ewwel laqgħa bejniethom saret fl-14 ta’ Ġunju, tliet xhur wara l-ħatra, u wara ltaqgħu darbtejn oħra.
Aktar kmieni din is-sena kien sar irtir għall-mexxejja spiritwali u ċivili tas-Sudan t’Isfel fid-Dar Santa Marta, fil-Vatikan. Dan sar propju fuq suġġeriment tal-Arċisqof Justin Welby propju biex il-Knisja toffri mument ta’ riflessjoni lill-mexxejja politiċi.
Ta’ min ifakkar illi fi tmiem dik il-laqgħa l-Papa Franġsiku kien niżel ibus riġlejn il-mexxejja ċivili tas-Sudan t’Isfel bħala sinjal ta’ paċi.
Minn l-aħbarijiet ta’ Radju Marija.