Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru l-Papa Franġisku sellem b’messaġġ bil-vidjo lill-1500 persuni li kienu f’Lourdes għall-laqgħa ta’ ’Fratello’, fl-okkażjoni tat-‘Tielet Ġurnata Mondjali tal-Foqra’.
L-assoċjazzjoni ‘Fratello’, f’kollaborazzjoni ma’ djoċesijiet u għaqdiet mid-dinja kollha, għandha l-għan li taqdi fil-qalba tal-Knisja, tiltaqa’ mal-foqra u tagħtihom il-post xieraq tagħhom fil-Knisja. F’dan il-messaġġ, il-Papa indirizza lill-foqra u qalilhom: “Intom l-inqas, il-foqra, fraġli, intom it-teżor tal-Knisja. Intom fil-qalb tal-Papa, fil-qalb ta’ Marija, fil-qalb ta’ Alla.
https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2019-11/pope-francis-world-day-of-poor-2019.html
Rapport minn Joe Galea