Rigal sabiħ li l-ulied jagħtu lil ommhom

Print Friendly, PDF & Email

Minkejja li Ottubru għadda, imma xorta għadu żmien li nitolbu r-Rużarju. Għalhekk hawn xi ħsibijiet ta’ Fr Daniel A. Lord fuq ir-RUŻARJU

Marija hi omm ħelwa tad-dinja u reġina tas-sema u l-art. Rigal sabiħ li l-ulied jagħtu lil ommhom u li n-nies jagħtu lir-reġina hu BUKKETT FJURI.

Marija, sa’ mit-taħbira tal-anġlu, kienet tant twajba mal-bnedmin uliedha. Allura nagħtuha l-fjuri. Ladarba hi fis-sema, ma nistgħux nagħtuha l-fjuri mill-ġonna tagħna. Imma nagħmlu dan meta nżejnu l-knejjes tagħha. Dejjem nistgħu nagħtuħa r-RUŻARJU tagħha, li hu BUKKETT SABIĦ TAL-WARD. Inqiegħdu l-kuruna fi ħdan l-omm u r-reġina tagħna.

Minn Joe Galea

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading