Illum il-Knisja tfakkar id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ San Pietru u ta’ San Pawl


Fit-18 ta’ Novembru l-Knisja tfakkar id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ San Pietru u ta’ San Pawl.

Hemm tradizzjoni li tgħid li l-Papa San Anakletu, it-tieni Papa li laħaq wara San Pietru, bena żewġ kappelli, waħda fuq il-qabar fejn kien hemm midfun San Pietru, taħt l-għolja tal-Vatikan, f’Ruma, u oħra fuq il-qabar fejn kien hemm midfun San Pawl, ftit ‘il barra minn Ruma, fit-triq lejn il-belt ta’ Osita.

Fis-sena 326, Kostantinu l-Kbir bena knisja flok il-kappella li kien hemm fuq il-qabar ta’ San Pietru, li għal kważi tnax-il seklu baqgħet kważi l-istess. Magħha nbena palazz li serva bħala residenza tal-Papiet wara l-eżilju ta’ Avignon. Biż-żmien din il-knisja saret żgħira wisq, u fl-1506, il-papa Ġulju II beda jibni l-Bażilika li hemm illum fuq il-pjani ta’ Bramante. Damet tinbena 120 sena, b’ħafna tibdil ta’ pjani u adattamenti, l-iktar mill-Papa Pawlu V u minn Mikelanġlu. Din il-knisja msemmija għal San Pietru, illum hi magħrufa wkoll bħala “Il-Vatikan.” Hi l-ikbar knisja fid-dinja, tesa’ 50,000, u l-Papa Urbanu VIII ikkonsagraha fit-18 ta’ Novembru, 1626.

Il-martirju ta’ San Pawl ġara ftit kilometri ‘l bogħod minn dak ta’ San Pietru, fil-post ta’ Aquae Salviae (Tre Fontane), fit-triq Ostia, u difnuh xi ħames kilometri ‘l bogħod.

Anke fuq il-qabar ta’ San Pawl, Kostantinu kien bena knisja flok il-kappella li kien bena San Anakletu. Din il-knisja wkoll kienet saret żgħira, u l-Papa San Ljun il-Kbir u l-Imperatur Teodozju bnew Bażilika flokha, li nħarqet fl-1823, iżda reġgħet inbniet mill-ġdid. Hi twila 400 pied, u hi wkoll sabiħa bħal dik ta’ San Pietru. Ġiet ikkonsagrata mill-Papa Piju IX fl-10 ta’ Diċembru fl-1854, jumejn wara l-proklamazzjoni tad-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni, iżda l-kommemorazzjoni tagħha ssir llum ma’ dik ta’ San Pietru.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.