Illum il-Knisja tfakkar lil Beata Marija Fortunata Viti


Fl-20 ta’ Novembru l-Knisja tfakkar lil Beata Marija Fortunata Viti, Verġni li għexet bejn is-snin 1827 sa 1922.

 

Anna Felicia Viti twieldet ġewwa Veroli fl-Italja fil-provinċja ta’ Frosinone, nhar l-10 ta’ Frar, 1827. Missierha kien Luiġi Viti, li għalkemm kien sid ta’ ħafna artijiet, kellu l-vizzju tal-logħob tal-azzard u tax-xorb. Ommha, Anna, mietet meta Marija kellha 14-il sena. Marija kienet it-tielet wild minn disa’ aħwa u minħabba f’hekk kellha tieħu ħsieb il-familja wara l-mewt t’ommha. Biex ikollha l-flus għall-familja ħarġet taħdem bħala seftura.

Kellha proposta għaż-żwieġ imma ddeċidiet li minflok tagħti ħajjitha għall-ħajja reliġjuża. Fil-21 ta’ Marzu, 1851, fl-età ta’ 24 sena, Marija ngħaqdet mal-Benedittini fil-Monasteru ta’ Santa Marija de Franconi, ġewwa Veroli. Għaddiet aktar minn 70 sena fl-ordni u peress li baqgħet illitterata, għaddiet ħajjitha tagħmel xogħol tal-ħjata, ħasil u tiswija tal-ħwejjeġ – ħajja verament umli. Iżda kellha devozzjoni kbira lejn is-Sagrament Imqaddes.

Mietet fl-20 ta’ Novembru, 1922 u ħdejn il-qabar tagħha seħħew ħafna mirakli. Matul ħajjitha kienu rrapurtati xi mirakli u jingħad li kellha d-don tal-profezija. Darba fost l-oħrajn, waqt quddiesa nstemgħet tibki għax kellha viżjoni li l-qassis li kien iqaddes kien ser jitlaq il-vokazzjoni tiegħu. Jingħad ukoll li żewġ tfajliet fiequ mill-marda tal-meninġite wara t-talb tagħha.

Fl-1935, il-fdalijiet tagħha twasslu fil-knisja tal-monasteru hekk kif beda l-proċess tal-kanonizzazzjoni. Fit-8 ta’ April, 1964, il-Papa Pawlu VI ddikjaraha venerabbli, u fit-8 t’Ottubru ġiet ibbeatifikata. Il-kawża tal-kanonizzazzjoni tagħha għadha sejra. Hija patruna ta’ dawk li jbatu bil-mard mentali.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.