Illum il-Knisja tfakkar lil Beata Marija Anġela Astorch


Fit-2 ta’ Diċembru l-Knisja tfakkar lil Beata Marija Anġela Astorch, Verġni li għexet bejn is-snin 1592 sa 1665.

Il-Beata Marija Anġela Astorch twieldet fl-1 ta’ Settembru tal-1592, fi Spanja. Kienet ir-raba’ wild ta’ familja reliġjuża ħafna u trabbiet f’devozzjoni kbira.

Fis-16 ta’ Settembru tal-1603, fl-età ta’ 11-il sena, daħlet mas-sorijiet tal-Klarissi u sitt snin wara ħadet il-professjoni reliġjuża. Ftit snin wara waqqfet monasteru f’Żaragoza, fi Spanja, u fl-1627 saret il-Badessa. Imbagħad fit-2 ta’ Ġunju fl-1645, waqqfet monasteru ieħor fi Spanja wkoll, f’Murcia, fejn serviet ta’ Badessa sal-1661.

Kienet tgħaddi ħafna mill-ħin tagħha tistudja l-Kitbiet Sagri, kif ukoll il-kittieba kbar tal-Knisja. Dan ispiraha biex tikteb il-Brevjar, skema ta’ talb u innijiet għal kuljum.

Marija Anġela, kienet mistika u viżjunarja, kienet tara u tkellem l-Anġlu Kustodju tagħha.

Mietet fit-2 ta’ Diċembru tal-1665 u fid-29 ta’ Settembru 1850, ġiet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, għall-virtujiet erojċi tagħha. Kienet ibbeatifikata fit-23 ta’ Mejju 1982, mill-Papa San Ġwanni Pawlu II.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.