Aġġornament tal-Kalendarju tal-Adorazzjonijiet għall-Ġimgħa li ġejja 2019/2020 …
|
AĠĠORNAMENT TAL-KALENDARJU TAL-ADORAZZJONIJIET GĦALL-ĠIMGĦA LI ĠEJJA 2019/2020.
|
|||
|
Minħabba tant impennji li jkollna f’dawn il-jiem ta’ Festi, tajjeb li naġġornaw ruħna dwar l-appuntamenti li fadlilna għal din il-Ġimgħa li ġejja. |
|||
|
It-Tnejn 30 ta’ Diċembru
|
Santwarju Madonna Tas-Sacro Cuor Tas-Sliema | Fid-9.00 am: Quddiesa;
Wara Adorazzjoni |
|
|
It-Tlieta 31 ta’ Diċembru
|
Pax et Bonum – Il-Mosta | Fid-9.00 am: Quddiesa;
Wara Adorazzjoni |
|
|
It-Tlieta 31 ta’ Diċembru 2019 u L-Erbgħa 1 ta’ Jannar, 2020 |
Santwarju Santa Tereża Birkirkara |
Fil-11.00 pm : Adorazzjoni ; F’Nofs-il Lejl : Quddiesa Tas-Solennità ta’ Marija, Omm Alla
|
|
| Nagħlqu s-Sena 2019 u Niftħu s-Sena 2020 quddiem Ġesù Ewkaristija | |||
|
Il-Ħamis 2 ta’ Jannar, 2020
|
Parroċċa Madonna ta’ Lourdes – San Ġwann | Fit-8.30 am : Quddiesa
Wara Adorazzjoni |
|
| Il-Ġimgħa 3 ta’ Jannar, 2020 |
Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara
|
Fid-9.00 am : Adorazzjoni | |
| Il-Ġimgħa 3 ta’ Jannar: L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar u Festa tal-Isem Adorabbli ta’ ĠESÙ | |||
|
Ippermettuli nfakkar, minħabba li nemmen fil-ġid spiritwali kbir li fihom, li nhar it-Tlieta 31 ta’ Diċembru, 2019, għal min jattendi l-Quddiesa ta’ fil-ghaxija fejn isir il-Kant tat-Te Deum b’Radd-il Ħajr u l-għada l-Erbgħa l ta’ Jannar, għal min jirreċita il-Veni Creator – hemm ir-rebħ tal-Indulġenza Plenarja. |
|||
|
Minn qalbi, nawgur lilek u lill-familja tiegħek u lill-proxxmu kollu Sena Mimlija b’kull barka tal-Mulej. |
|||