Il-Ħadd tal-Kelma ta’ Alla


Nhar il-Ħadd, is-26 ta’ Jannar, il-Papa Franġisku se jmexxi l-ewwel ċelebrazzjoni tal-Ħadd tal-Kelma t’Alla, li kien niehda bħala okkażjoni ta’ kull sena għaċ-ċelebrazzjoni u l-istudju tal-Bibbja. Il-Papa qed jistieden lill-Insara kollha biex ma jħallux il-Bibbja fuq l-ixkaffa bħal ħafna kotba oħra, x’aktarx miksija bit-trab, imma għandha tkun għodda li tqajjem il-fidi.

Il-Ħadd tal-Kelma t’Alla hi inizjattiva ta’ evanġelizzazzjoni li tista’ tgħin lill-komunitajiet Insara kif ukoll lis-Saċerdoti biex ma jimproviżawx meta qed jikkomunikaw il-Kelma t’Alla. Il-poplu t’Alla għandu d-dritt li jisma’ l-Kelma t’Alla u li jirċieviha mis-Saċerdot fl-Omelija li trid tkun ko-erenti mal-Kelma t’Alla u mhux tkun interpretazzjoni libera.

logo_hadd_il_kelmaX280Iċ-ċelebrazzjoni se ssir fid-dinja kollha u f’Ruma se tkun iċċelebrata mill-Papa Franġisku b’Quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru. L-inizjattiva kient fdata lill-Knisja kollha mill-Papa bid-dokument Aperuit illis, biex il-komunità Nisranija tikkonċentra fuq il-valur kbir li l-Kelma t’Alla tokkupa fil-ħajja ta’ kuljum. Hi opportunità biex l-Insara jġeddu l-għarfien tagħhom għall-għana bla tarf li tiġi mid-djalogu kontinwu ta’ Alla mal-poplu tiegħu.

Waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-Ħadd, ix-xbieha tal-Madonna ta’ Knock, patruna tal- Irlanda, se tkun imqiegħda ħdejn l-altar. Se tinġieb Ruma għall-okkażjoni mill-Arċisoqof Michael Neary ta’ Tuam. Għażlu din ix-xbieha għax meta l-Madonna dehret f’Knock kienet akkumpanjata minn San Ġużepp u minn San Ġwann l-Evanġelista.

Fil-bidu tal-Quddiesa mill-Papa Franġisku se jkun hemm intronizzazzjoni solenni tal-Lezzjonarjiu li kien intuża fis-sessjonijiet tal-Koncilju Vatikan II. Fl-għeluq tal-Quddiesa  l-Papa se jagħti kopja tal-Bibbja lil 40 persuna li se jkunu jirappreżentaw lil ħafna oħrajn, minn Isqof għal emigrant, minn Saċerdot għal Katekist, minn persuna konsagrata għal pulizija, minn ambaxxaturi ta’ kontinenti differenti għal għalliema ta’ kull livell,  minn fqir għal ġurnalist, mill-uffiċjal tal-ħabsi għal priġunier li qed itemm sentenza ta ‘ għomru l-ħabs.

https://cruxnow.com/vatican/2020/01/pope-prepares-to-celebrate-first-sunday-of-the-word-of-god-on-jan-26/

Rapport minn Joe Galea

 

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.