It-tnedija tal-verżjoni bil-Malti tal-Eżortazzjoni Appostolika ‘Verbum Domini’


L-Erbgħa, 22 ta’ Jannar 2020: L-Arċisqof ippreżenta l-Eżortazzjoni Appostolika bi tħejjija għall-Ħadd tal-Kelma ta’ Alla fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara.

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna nieda t-traduzzjoni bil-Malti ta’ Verbum Domini (Il‑Kelma tal‑Mulej), li hi l‑Eżortazzjoni Appostolika tal‑Papa Benedittu XVI tal-2010.

It-tnedija ta’ din il-publikazzjoni saret fl-okkażjoni tal-Ħadd tal-Kelma ta’ Alla, li waqqaf il-Papa Franġisku u li ser tiġi ċċelebrata għall-ewwel darba nhar il-Ħadd li ġej, fit‑tielet Ħadd taż‑Żmien ta’ Matul is‑Sena.

F’Settembru li għadda, il‑Papa Franġisku ħareġ l‑Ittra Appostolika f’għamla ta’ Motu Proprju ‘Aperuit illis’ li fiha rrakkomanda l‑qari ta’ din l‑ittra sabiħa tal‑predeċessur tiegħu.

Tista’ taqra l-Verbum Domini bil-Malti minn hawn …