Illum il-Knisja tfakkar lil San Mutien-Marie Wiaux


Fit-30 ta’ Jannar l-Knisja tfakkar lil San Mutien-Marie Wiaux, Reliġjuż li għex bejn is-snin 1841 sa 1917.

Lwiġi Ġużeppi Wiaux twieled f’Millet, qrib Gosselies fil-Belġju. Il-ġenituri tiegħu, li kienu ħaddiema foqra, tawh edukazzjoni reliġjuża profonda. Ta’ 15-il sena ddeċieda li jingħaqad mal-kongregazzjoni ta’ San Ġwann Battista de la Salle li ftit qabel kienu fetħu skola qrib id-dar tagħhom. Fl-1 ta’ Lulju 1871 beda n-novizzjat u biddel ismu f’ Mutien-Marie.

Meta temm in-novizzjat kien destinat biex jibda karriera ta’ għalliem, u kien mibgħut f’Chimay u fi Brussels, imbagħad fil-kulleġġ ta’ Malonne. Meta ġie biex iġedded il-voti temporanji, il-kunsill tal-komunità deherlu li ma kienx adattat biex ikompli fil-vokazzjoni, billi ma tantx kien jinqala’ biex jgħallem, imma mbagħad aċċettawh wara li ddefendieh brother sieħbu. Sadattant Mutien-Marie speċjalizza fil-mużika; għalhekk qabbduh biex jgħallem lil dawk li kienu se jibdew dan is-suġġett. Imma l-vera vokazzjoni ta’ Mutien-Marie kienet li jgħallem il-Katekiżmu. Talab u ngħata l-permess li jibda korsijiet kateketiċi fost l-istudenti tal-kulleġġ. Kien jagħti għalhekk dawn il-lezzjonijiet għal ħafna snin kull nhar ta’ Sibt.

Il-ħajja tiegħu ta’ talb u komunikazzjoni ma’ Alla kienet il-bażi tal-qdusija ta’ Br. Mutien-Marie: kien bniedem jitlob bla waqfien. Mill-Ewkaristija u mid-devozzjoni lejn il-Madonna kiseb il-qawwa u d-determinazzjoni li kellu bżonn biex jegħleb id-diffikultajiet iebsin li ltaqa’ magħhom u biex jimxi ’l quddiem fil-ħajja ta’ qdusija. Kellu mħabba mħeġġa lejn il-Madonna u qiegħed lilu nnifsu taħt il-ħarsien matern tagħha.

F’Novembru 1916, fl-eqqel tal-ewwel gwerra dinjija, kien ordnat mit-tabib biex jieħu perjodu ta’ mistrieħ; saħħtu kienet marret lura ħafna. Mutien-Marie Wiaux ħejja ruħu għall-mewt bl-aħħar sagramenti, u miet nhar it-30 ta’ Jannar 1917 ta’ ftit aktar minn 77 sena.

Il-Qaddis Papa Pawlu VI ddikjarah Beatu f’Ottubru 1977; kien iddikjarat Qaddis mill-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II fl-1989.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.