Anzjani li jixtiequ jgħinu fil-Knisja


Grupp ta’ anzjani minn Spanja taw il-messaġġ tagħhom fl-ewwel Kungress Internazzjonali għall-Ministeru Pastorali tal-Anzjani li sar f’Ruma bejn id-29 u 31 ta’ Jannar.

anzjani
 “Mhux li l-Knisja tista’ tagħmel għalina, imma x’nistgħu nagħmlu aħna għall-Knisja.”

Qalu: “Mhux li l-Knisja tista’ tagħmel għalina, imma x’nistgħu nagħmlu aħna għall-Knisja.” Semmew li hemm diversi oqsma fejn l-anzjani jistgħu jagħtu s-sehem fil-Knisja fil-ħidma tagħha ta’ evanġelizzazzjoni: atti ta’ karità lil anzjani oħra, iżuru n-nies fil-ħabs, isajru fil-kċejjen, iwasslu l-Ewkaristija lil dawk li ma jistgħux imorru għall-Quddies u jgħallmu l-katekiżmu. Qalu li għandhom l-esperjenza tal-ħajja li jistgħu jaqsmuha mal-oħrajn. Il-Kungress kien immexxi mill-Kardinal Amerikan Kevin Farrel.

https://cruxnow.com/vatican/2020/01/elderly-to-the-church-we-are-here-use-us-for-evangelization/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.