Irtiri mill-Grupp ta’ Talb, Padre Pio

Print Friendly, PDF & Email

Il-Gruppi ta’ Talb ta’ San Piju ta’ Pietralcina ser jorganizzaw tliet irtiri tar-Randan nhar il-Ħamis 5 ta’ Frar, l-Erbgħa 11  w il-Ħamis 12 ta’ Frar 2020.

Dawn ser isiru fid-Dar tal-Irtiri Porzjunkula Baħar iċ-Ċagħaq b’dan il-programm. Fid-9.30a.m. Rużarju, wara Quddiesa, fl-10.30a.m. Coffee Break imbagħad Konferenza minn P. Martin Mamo Kapuċċin wara Adorazzjoni u Barka Sagramentali. Wara nistiednu lil dawn kollha li jattendu biex jersqu lejn l-Ingwanta ta’ dan il-qaddis.

Għal aktar tagħrif ċempell lil P. Karm Dimech fuq 99356766, jew lil Joyce Pace fuq 99834139.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: