Illum il-Knisja tfakkar lil San Ġwann Ġużeppi tas-Salib


Fil-5 ta’ Marzu l-Knisja tfakkar lil San Ġwann Ġużeppi tas-Salib, Reliġjuż li għex bejn is-snin 1654 sa 1734.

Kien Franġiskan tar-Riforma ta’ San Pietru minn Alkantara, twieled fil-gżira ta’ Iskja, ’il barra mill-golf ta’ Napli.

Il-ħajja eżemplari li għex sa minn ċkunitu
kisbitlu l-grazzja li jkun l-ewwel Taljan imsejjaħ mill-Mulej li għannaq ir-riforma ħarxa ta’ San Pietru minn Alkantara.

Malli libes iċ-ċoqqa ħarxa ta’ din ir-riforma, ħa bħala mudelli tiegħu l-Patrijarka ta’ Assisi u l-penitenti ta’ Alkantara, u minn dak tal-ewwel tgħallem bi ħrara kbira l-umiltà u l-faqar, waqt li mit-tieni ħa l-ispirtu ta’ kontemplazzjoni u tal-penitenza.

Tliet snin wara li pprofessa, is-superjuri tawh l-inkarigu li jwaqqaf kunvent hekk fqajjar u żgħir, li kien kopja mitmuma ta’ dak li l-Alkantara kien waqqaf fl-Estremadura (Spanja).

Wara ħatruh majjistru tan-novizzi, u hekk seta’ jifforma bil-kelma u bl-eżempju fil-prattika tal-virtujiet reliġjużi tant li bosta saru mbagħad magħrufin għall-qdusija u għall-mirakli.

Kiseb mill-Papa Klement XI il-permess li jiftaħ provinċja ġdida tal-istitut tiegħu fir-renju ta’ Napli, u tagħha kellu jaċċetta li jkun l-ewwel superjur. Miet ta’ 80 sena fl-1734.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.