Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Perpetwa u Santa Feliċita


Fis-7 ta’ Marzu l-Knisja tfakkar lil Santa Perpetwa u Santa Feliċita, Martri tal-1 Seklu li ħadu l-martirju fis-sena 203.

Santa Perpetwa kienet mara sinjura, edukata fl-aħjar skejjel, żagħżugħa ta’ 22 sena, miżżewġa u kellha tarbija. Kienet mill-belt ta’ Thuburbo, ftit ‘l isfel minn Kartaġni, fl-Afrika ta’ Fuq (illum it-Tuneżija).

Santa Feliċita kienet ilsira, seftura ta’ Perpetwa, u kienet qed tistenna tarbija, li fil-fatt welditha meta kienet il-ħabs, ftit ġranet qabel mietet.

It-tnejn kienu qed iħejju ruħhom biex jitgħammdu, meta fil-persekuzzjoni ta’ Settimu Severu, ġew arrestati u mitfugħin il-ħabs, flimkien mal-ilsiera Revokatu, Saturninu u Sekundulu, u wara wkoll il-Katekist Saturu.

Missier Perpetwa riedha tiċħad il-Fidi biex issalva ħajjitha. Darba minnhom urietu vażett u qaltlu: “Missier, qed tara dan il-vażett? Jista’ dan ikun xi ħaġa oħra? Lanqas jien ma nista’ nkun ħaġa oħra għajr nisranija”.

Perpetwa u Feliċita kienu kkundannati għall-mewt, biex jittieklu mill-annimali selvaġġi fl-anfiteatru. It-trabi tagħhom ittieħdu u trabbew mill-Insara. Billi l-annimali selvaġġi ma messewhomx, ġew maqtula bix-xabla mill-gladjaturi, fis-7 ta’ Marzu, 203. Isimhom insibuh fir-Raba’ Talba Ewkaristika tal-Quddiesa.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.