Quddiesa oħra filgħaxija mill-Kurja tal-Arċisqof

Print Friendly, PDF & Email

Fuq talba ġenerali, ser tibda tixxandar Quddiesa oħra mill‑Kurja tal‑Arċisqof minbarra dik li qed tixxandar kuljum fid-9:30 a.m. Din ser tixxandar fil-5:30 p.m., mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u fi tmiem il-Quddiesa ser tingħad ukoll it-talba tar-Rużarju. Dawn il‑bidliet fil‑ħinijiet jidħlu fis‑seħħ mil-lum it-Tnejn 16 ta’ Marzu.

Il-Quddiesa ta’ filgħodu ser tiġi ċċelebrata mill-Isqof Awżiljajru Joseph Galea-Curmi filwaqt li l-Quddiesa ta’ filgħaxija u r-Rużarju ser jitmexxew mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, bħala mezz biex l-Isqfijiet ikunu qrib l-Insara f’dan il-mument partikolari għal pajjiżna.

Il-Quddies ta’ filgħodu u filgħaxija u r-Rużarju qed jixxandru fuq TVM2, il‑website uffiċjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Knisja.mt u n‑newsportal Newsbook.com.mt.

 

Capture

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading