Quddiesa u Rużarju mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof – 26 ta’ Marzu 2020


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2020: Quddiesa u Rużarju mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof.

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dawn l-aħħar ġranet tar-Randan, l-Evanġelju jibda jippreparana għall-kunflitt kbir bejn Ġesù u dawk li kienu jaħsbu li fehmu kollox u li jafu kollox, li ma setgħux jilqgħuh: mastrudaxxa minn Nazaret li jgħid li huwa l-Iben ta’ Alla.

Ġesù jinsisti li għandhom iċ-ċavetta biex ikunu jistgħu jagħrfuh u jifhmuh: il-Liġi, il-profeti, Mosè stess, imma xorta jibqgħu jwebbsu rashom.

Ejjew nitolbu f’dan il-mument partikulari biex aħna nagħrfu fejn qegħdin inwebbsu rasna u qalbna. Il-Mulej tana biżżejjed strumenti, għajnuniet, biex nifhmu xi jrid minna. Ħafna drabi insibuha diffiċli nagħrfuh u nobduh. Hu se jibqa’ jħabbat fuq il-bieb tagħna.

Hemm espressjoni sabiħa li Ġesù juża għal Ġwanni l-Battista: “Dak kien musbieħ jixgħel u jiddi” (Ġw 5:35). Kemm tkun ħaġa sabiħa li f’mumenti ta’ dlam, f’mumenti ta’ diffikultà aħna l-Insara nkunu musbieħ jixgħel u jiddi. Wieħed jista’ jgħid: ‘Imma l-musbieħ tiegħi jnemnem, id-dawl tiegħi bati’. Niftakru fil-kliem tal-profeta Iżaija fuq il-Messija: “Qasba mġelġla ma jiksirhiex, musbieħ inemnem ma jitfihx”.

✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.