Infaħħru ‘l Mulej Ekumenikament

Print Friendly, PDF & Email

F’Awissu li għadda ġara avveniment ekumeniku mhux tas-soltu. Il-CHRISTIANS TOGETHER IN MALTA organiżżaw lejla ta’ tifħir bażati fuq innijiet li jkantawhom insara minn Knejjes li ġejjin mir-Riforma. Rev Kim Hurst (Metodista) u Mr Philip Leone Ganado (Kattoliku) kienu responsabbli milli janimaw is-serata b’messaġġi spiritwali.

Dawn l-innijiet miktuba bl-Ingliż ġew trodotti minn Joe C Aquilina u dak inhar l-ewwel stanza tkantat bl-Ingliż u l-bqija bil-Malti.  Li kien hemm interessanti hu li ma kienx hemm kor ikanta imma minn ġie kanta kif seta’.  Saru żewġ rehearsals  għal grupp zgħir ta’ nies Ingliżi w Maltin.  Taħt id-direzzjoni fil-kant ta; Carmen Esposito u fuq l-orgni Fr. Aurelio Mule’ Stagno, kulħadd baqa mistagħġeb kif kulħadd kanta bil-qalb innijiet li għal ħafna semgħuhom l-ewwel darba.  Dan l-avveniment ġie rekordjat minn Fr Carl Mario Sultana u aħna se  ntellgħuhom ftit ftit.  Kantawhom magħna mis-satra tad-dar tagħkom.  Jekk tistunaw ħadd mhu ser jinduna.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: