Illum il-Knisja tfakkar lil San Gontran


Fit-28 ta’ Marzu l-Knisja tfakkar lil San Gontran, Re li twieled għall-ħabta tas-sena 525 u miet fis-sena 592.

San Gontran kien iben ir-Re tal-Franki Klotarju I. Huwa laħaq re tal-Burgandija u parti mill-Acquitaine mal-mewt ta’ missieru li seħħet fil-561 sakemm miet 31 sena wara.

Kulma nafu dwar San Gontran ġej mill-kitba ta’ San Girgor ta’ Tours (c. 538-596), li għex fl-istess żmien u li kiteb l-istorja tal-Franki.

Kien hemm żmien fil-ħajja ta’ Gontran meta ma tantx kien jagħtik impressjoni ta’ bniedem qaddis, u difatti waqa’ fi ħtijiet gravi li jkollna ngħidu wkoll kienu effett taż-żmien li fih għex. Hu keċċa lil martu u reġa’ żżewweġ oħra bix-xewqa li jkollu nisel li jieħu s-saltna warajh. Ordna l-qtil ukoll, bla ma qagħad jaħsibha sewwa, tat-tabib li ma rnexxilux ifejjaq mara oħra tiegħu.

Imma Gontran għaraf dawn l-iżbalji tiegħu u patta għalihom il-bqija ta’ ħajtu permezz tal-karitajiet u mħabba lejn ir-reliġjon. Hu inkoraġġixxa biex isiru tliet sinodi (laqgħat ta’ isqfijiet) biex iġib ’il quddiem id-dixxiplina tal-kleru, għana diversi knejjes u monasteri, u mexxa b’ġustizzja s-sudditi tiegħu.

Meta l-artijiet tiegħu kienu maħkuma minn marda tittieħed msejħa “nar ta’ San Anton” li filġet il-poplu tiegħu, hu ried li jieħdu ħsieb is-sudditi l-aktar batuti, u offra lilu nnifsu vittma lill-ġustizzja divina għall-ġid tal-poplu tiegħu.

Miet fil-592, fl-età ta’ madwar 67 sena.

Hu kien re maħbub ħafna fost il-poplu tiegħu, li malajr beda jqimu bħala qaddis wara mewtu u ismu sab postu fil-Martiroloġju Ruman (il-ktieb li jiġbor fih l-ismijiet tal-qaddisin meqjuma mill-Knisja) bla ma qatt ġie kkanonizzat formalment.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.