Vidjo minn Joe Galea
Il-Qima tal-Pjagi ta’ Kristu hu eżerċizzju li kiteb San Ġorġ Preca biex jingħad kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxja. Inkunu qed nissieħbu ma’ Marija meta binha Ġesu’ ġie mniżżel mis-salib u mqiegħed fi ħdanha. Marija kienet hi l-ewwel waħda li għamlet din il-qima lill-Pjagi li kienu ta’ fidwa għall-umanità.
Qima tal‑Pjagi
Eżerċizzju ta’ San Ġorġ Preca
Inġibu fil-ħsieb tagħna lil Kristu Ġesu’ mejjet, imqiegħed fi ħdan Ommu Marija Santissima deżolata, u flimkien magħha nitfgħu għajnejna fuq il-Pjagi Divini tiegħu. Niftakru li dawn huma s-sinjali tat-kbira mħabba tiegħu lejna: għalhekk ejjew nadurawhom u noffruhom lil Alla l-Missier għas-saħħa tagħna u tal-bnedmin kollha ħajjin u mejtin.
Miegħek Verġni Marija, nibku u nitħassruk, għax l-imsiemer u l-lanza nifdu l-ġisem ta’ Kristu u sejf tad-dulur, Omm l-aktar imqaddsa, nifed ir-ruħ tiegħek.
Il-ħżiena nifdu jdejn u saqajn Kristu.
Il-ħziena nifdu jdejn u saqajn Kristu.
U suldat fetaħlu l-kustat.
Idejn u saqajn Kristu.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Il-ħżiena nifdu idejn u saqajn Kristu.
Naduraw il-Pjagi ta’ Kristu.
Li minnhom ġiet is-saħħa tad-dinja.
Is-Sinjur Ġesu’ Kristu magħna.
Lilu unur u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Il-Pjaga Divina ta’ sieq Kristu x-xellugija.
Ejjew nivveneraw u naduraw. (Nagħmlu inkin ta’ qima)
Il-Pjaga Divina ta’ sieq Kristu l-leminija.
Ejjew nivveneraw u naduraw. (Nagħmlu inkin ta’ qima)
Il-Pjaga Divina tal-kustat ta’ Kristu.
Ejjew nivveneraw u naduraw. (Nagħmlu inkin ta’ qima)
Il-Pjaga Divina ta’ id Kristu x-xellugija.
Ejjew nivveneraw u naduraw. (Nagħmlu inkin ta’ qima)
Il-Pjaga Divina ta’ id Kristu l-leminija.
Ejjew nivveneraw u naduraw. (Nagħmlu inkin ta’ qima)
Kristu, ħniena; Kristu, ħniena; Kristu, ħniena.
Għall-merti tal-Pjagi tiegħek, o Ġesu’,
Fejjaq il-pjagi tar-ruħ tagħna.
Pjagi divini, insellmilkom u nadurakom.
Pjagi divini, insejħilkom u nberikkom.
Pjagi divini, inweġġaħkom u nirringrazzjakom.
Pjagi divini, intom biss l-unur denn t’Alla.
Intom is-saħħa, il-prezz, il-komfort, il-paċi u l-glorja taħna l-bnedmin.
Intom l-għaxqa tas-Santissma Trnità, tal-beati u tal-fidili.
Pjagi divini
Jiena noffrikom lil Alla Missier biex jagħtini l-grazzja li intom immeritajtu għad-dinja kollha. Ammen.
Pjagi divini
Jiena noffrikom lil Alla Iben inkarnat li jġibkom f’ġismu biex jagħmilni sieħeb tad-divinità tiegħu. Ammen.
Pjagi divini
Jiena noffrikom lil Alla Spirtu s-Santu biex jagħtini d-doni tiegħu Ammen.
Santissima Trinità, ircievi l-pjagi divini ta’ Ġesù Kristu, ħija l-għażiż, li jiena noffrilek biex inti tagħmilni ħaġa waħda fik. Ammen
Ara wkoll: Qima lill-Wiċċ ta’ Kristu …