Messaġġ għat-tfal mill-Arċisqof għall-Ġimgħa Mqaddsa 2020


It-Tnejn, 6 ta’ April 2020: Mill-uffiċċju tiegħu fil-Kurja, l-Arċisqof Charles Scicluna jgħaddi messaġġ lit-tfal għal dal-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Ifakkar biex jiftakru fin-nanniet tagħhom u jċemplulhom, kif ukoll jaħdmu mid-dar, jgħinu fid-dar u kemm jista’ jkun jagħmlu paċi malajr meta jkollhom xi jgħidu mal-aħwa.

L-Arċisqof jaqsam ukoll tliet affarijiet għeżież għalih biex jispjega l-importanza ta’ dawn il-ġranet u kemm hu importanti t-talb fil-familja.