Monasteru ta’ sorijiet Benedittini fin-naħa t’isfel ta’ Franza fetaħ il-bibien tiegħu biex ir-recordings tas-sorijiet ta’ kant Gregorjan ikunu jistgħu jitgawdew ukoll barra mill-monasteru.
Il-mużikant mill-Istati Uniti John Anderson kien għamel wieħed mill-ikbar proġetti fil-kamp mużikali billi nstalla mikrofni fil-Knisja ta’ Notre-Dame fl-inħawi ta’ Aix-en-Provence u rrikordja lis-sorijiet ikantaw it-tmien ‘uffiċċji’ tagħhom ta’ kuljum. B’hekk ġabar eluf ta’ innijiet fir-repertorju sħiħ ta’ kant Gregorjan, b’tul ta’ 7000 siegħa.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea