Ritratti tan-nies mas-siġġijiet tal-knisja

Print Friendly, PDF & Email

Giuseppe Corbari, il-Kappillan tal-parroċċa ta’ San Quirico u Giulitta ta’ Robbiano, fil-periferija ta’ Milan, seta’ kien dak li nebbaħ lill-Papa Franġisku biex isejjaħ għal kreattivita’ fil-pastorali f’dan iż-żmien ta’ prova. Meta l-knejjes fil-Lombardija huma magħluqa, il-Kappillan Corbari sab mod kif ikun mal-5,500 parruċċani ukoll jekk ma setgħux jiġu fil-knisja. Tal-inqas ried jara l-uċuh tagħhom.

Talab lin-nies li soltu jattendu għall-Quddiesa bex jibgħatulu ritratt tagħhom, ipprintjahom u waħħalhom mas-siġġijiet biex ikunu quddiemu waqt il-Quddiesa fi knisja vojta. Din l-inizjattiva kellha eku qawwi, hekk kif irċieva ħafna messaġġi mill-Italja kollha. Qal: “Jien għamiltha għall-parroċċa tieghi. Ma kontx naf li se tasal lil tant nies!”

https://cruxnow.com/church-in-europe/2020/03/as-coronavirus-empties-churches-italian-priest-fills-pews-with-photos-of-parishioners/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: